Monday, 31 December 2012

Readings for January 1, 2010


The Octave Day of Christmas





Solemnity of the Blessed Virgin Mary, the Mother of God

Solennita ta' Marija 
Omm Alla  
Omm il-Paċi 
                                                           
Messalin Ċ pp 123 


Reading 1                     Numbers 6:22-27

The LORD said to Moses: “Speak to Aaron and his sons and tell them:  This is how you shall bless the Israelites. Say to them: The LORD bless you and keep you! The LORD let his face shine upon you, and be gracious to you! The LORD look upon you kindly and give you peace! So shall they invoke my name upon the Israelites, and I will bless them.”  This is the Word of The Lord.
               
L-Ewwel Qari - -Ktieb tan-Numri. (6, 22-27)
                    
Il-Mulej kellem ‘il Mose’ u qallu: “Kellem lil Aron u ‘l uliedu u għidilhom: Meta tbierku ‘l ulied Israel,  hekk għandkom tgħidulhom: ‘Ibierkek il-Mulej u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek  u jurik il-ħniena! Iħares lejk il-Mulej bi mħabba, u jagħtik is-sliem!” Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Irael, U jien nberikhom.”          Il-Kelma tal-Mulej

Responsorial Psalm                   Ps 67:2-3, 5, 6, 8

May God have pity on us and bless us;
   may he let his face shine upon us.
So may your way be known upon earth;
   among all nations, your salvation.
May God bless us in his mercy.

May the nations be glad and exult
   because you rule the peoples in equity;
   the nations on the earth you guide.
May God bless us in his mercy.

May the peoples praise you, O God;
   may all the peoples praise you!
May God bless us,
   and may all the ends of the earth fear him!
May God bless us in his mercy.

Salm Responsorjali       (Salm 66 (67)  

            Iħenn għalina Alla, u jberikna.

Iħenn għalina Alla, u  jberikna;i
idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!
Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,
fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. R/

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,
għax trieġi l-popli bis-sewwa,
u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.                       R/

Ifaħħruk il-popli o Alla,
ifaħħruk il-popli kollha.
Iberikna Alla, u tibża minnu
l-art kollha minn tarf għall-ieħor!                        R/

 Reading II         Galatians 4:4-7

Brothers and sisters: When the fullness of time had come, God sent his Son, born of a woman, born under the law, to ransom those under the law,  so that we might receive adoption as sons. As proof that you are sons, God sent the Spirit of his Son into our hearts, crying out, “Abba, Father!” So you are no longer a slave but a son,  and if a son then also an heir, through God. This is the Word of The Lord.

It-Tieni Qari- L-ittra lill-Galaltin (4, 4-7)

Ħuti, meta waslet il-milja taż-żmien,  Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil  dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied. U għax intom ulied,  Alla bagħat l-Ispirtu ta’  Ibnu f’qalbna jgħajjat”“Abba Missier!” U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben, werriet ukoll bil-grazzja ta’ Alla. Il-Kelma tal-Mulej

Gospel              Luke 2:16-21

The shepherds went in haste to Bethlehem and found Mary and Joseph, and the infant lying in the manger. When they saw this, they made known the message  that had been told them about this child. All who heard it were amazed by what had been told them by the shepherds. And Mary kept all these things, reflecting on them in her heart. Then the shepherds returned, glorifying and praising God  for all they had heard and seen,  just as it had been told to them. When eight days were completed for his circumcision, he was named Jesus, the name given him by the angel 
before he was conceived in the womb. This is the Word of The Lord.

Evanġelju -  Luqa 2, 16-21           

F’dak iż-żmien: ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi,  bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew igħarrfu b’kulma kien  intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semgħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha  dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kulma  kienu raw u semgħu,  kif l-anġlu kien qalilhom. Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jgħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesu’, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf. Il-Kelma tal-Mulej

No comments:

Post a Comment